Proġett

Iċ-Ċiniż għall-Ewropej

Il-proġett 'Ċiniż għall-Ewropej' jindirizza l-ħtieġa li tirriżulta mir-relazjoni billaterali bejn l-Unjoni Ewropeja (EU) u iċ-Ċina. Skond il- Eurostat, kull sena il-volum ta' importazjoni u esportazjonu bejn iż-żewġ sieħba qed jiżdied. In-numru ta' studenti u turisti li jżuru ċ-Ċina qed jikber kif pjanat. Il-proġett jindirizza direttament il-kobor fid-domanda għal-tagħlim edukativv fiċ-Ċiniż forom ta' korsijiet speċifiki għal kummerċjanti, turisti, studenti u tfal.

Ir-riżultat tal-proġett fih ħames mudelli li fihom materjal f'livell A1 (skond il-mudell Ewropej tal-Lingwi ) u maqlub f'tlieta u għoxrin (23) lingwa tal-Unjoni Ewropeja.

Il-proġett 'Ċiniż għall-Ewropej' għandu l-għan biex: li jġib eqreb il-lingwa u l-kultura ċiniża lejn rapreżentaturi u gruppi ta' etajiet differenti tal-Istati membri; tħeġġeġ l-ideja ta Tagħlim matul il-Ħajja; tħeġġeġ djalogu interkulturali; timplimenta metodi ġodda fl- ICT għall Tagħlim ta'' Matul il-Ħajja; ittejjeb il-kompitenza tal-lingwistika u interkultura ta dawk li jagħmlu użu min dan il-proġett.

Oġġettivi speċifiki ta dan il-proġett huma: li tiprovdi materjal edukativ b'xejn lill Ewropej li jivjaġġaw lejn iċ-Ċina għal użu personali, professjonali, edukativ jew għal skop turistiku; tgħejn f'kuntatti bejn ċittadini ta l-Istati Membri u immigranti Ċiniżi; isaħħaħ il-motivazjoni u l-kapaċitajiet ta' tagħlim ta' persuni Ewropej biex tgħinhom jaffaċaw l-isfida biex jitgħalmu ċ-Ċiniż.

About China

Bħal issa iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropeja.L-istatistika maħruġa mil- Eurostat turi li l-kobor fil-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet qed jikber kull sena. Skond dokument uffiċjali Ewropew 'China Strategy Paper 2007 -2013' ir-relazjonijiet bilaterali fis-snin li ġejja sejjer jikbru u jisaħħu f'oqsma ġodda. Minbarra f'kuntatti kummerċjali, in-numru ta' proġetti fl-oqsma ta l-edukazzjoni u l-kultura ser jiżdiedu. Għalhekk huwa importanti li ċittadini ewropej jkunu familjari mal-lingwa Ċiniża, u kif jaħsbuha dwar il-kultura.

Sorsi differenti, kif ukoll l-awtoritajiet Ċiniżi, jistmgħaw li madwar 25-40 miljun persuna mid-dinja kolla qedin jitgħalmu ċ-ċiniż bħala lingwa barranija u dan in-numru qiegħed jikber. Ma dana kollu, dawn l-istatistiċi jinkludu nies ta oriġini Ċiniża li joqgħodu barra l-pajjiż u anke rappresentanti ta' minorita li jgħixu iċ-Ċina. Ħafna mill-Ewropej għadhom jaħsbu li ċ-Ċiniż huwa diffiċili u ma jitgħalmuħx. Mil fondi tal ' EU-China Managers Exchange and Training Programm' (METP) terz biss mit-total ta' numru ta' studenti Ewropej qed jintbagħatu iċ-Ċina mill-Kummisjoni Ewropeja.

Iċ-Ċiniż jista jkun li jidher aktar diffiċli mil- lingwi fl-Unjoni Ewropeja għal ċittadini tal- EU. Ewropej mħajra jitgħalmu ċ-Ċiniż jistgħu jaqtgħu qalbhom minħabba sistema kumplessa ta' sinjali, tonalita u pronunzja diffiċli etc. Fatt ieħor importanti huwa l-aċċesibilita tal-korsijiet. In-nuqqas ta' fondi jew ħin liberu huma r-raġunijiet għaliex studenti ma jipparteċipawx f'korsijiet tradizjonali. Fl-aħħar, il-mod tat-tagħlim irid jkun jaqbel għal-eta u l-bżonn ta gruppi differenti ta dawk li jridu jitgħalmu.